Notifiki

Il-Gvernatur Andrew Cuomo jintalab sabiex jirriżenja fuq akkużi ta’ fastidju sesswali

Is-Sindku ta’ New York Bill de Blasio talab għar-riżenja tal-Gvernatur Andrew Cuomo dan wara li ħarġu allegazzjonijiet ta’ fastidju sesswali dwaru.

Cuomo qed jiġi investigat wara li sitt nisa qed jakkużawh b’fastidju sesswali.

Infatti waħda minn dawk in-nisa, qed takkuża lil Cuomo li abbuża mill-poter tiegħu u ħadha f’post privat fejn eventwalment ħebb għaliha.

De Blasio sostna li dawn l-allegazzjonijiet huma inaċċettabbli u diżgustanti u l-Gvernatur ma għandux jibqa’ jservi f’dan l-irwol.

Min-naħa tiegħu l-Gvernatur Andrew Cuomo ċaħad dawn l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu u tenna li hu qatt ma wettaq affarijiet ta’ din ix-xorta.

Minn meta ħarġu dan l-allegazzjoni fil-pubbliku bosta nies inkluż aktar minn 55 legiżlatur Demokratiku kitba ittra fejn fiha qed jitolbu għar-riżenja tiegħu.

Din l-investigazzjoni tista’ tkun l-ewwel pass lejn impeachment.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend