Notifiki

Vot qawwi ta’ 72% favur il-libertà ta’ persuni LGBTIQ fl-Ewropa

Fil-Parlament Ewropew għaddiet b’vot qawwi, riżoluzzjoni li tagħha, in-negozjatur f’isem il-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi kien l-ewro parlamentari Laburista Cyrus Engerer.

Din ir-riżoluzzjoni li li tiddikjara lill-Unjoni Ewropea bħala LGBTIQ Freedom Zone għaddiet bi tnejn u sebgħin fil-mija vot favur, wieħed u għoxrin fil-mija vot kontra u seba’ fil-mija astensjonijiet.

Il-membru parlamentari Ewropew Cyrus Engerer qal li llum intbagħat sinjal progressiv b’saħħtu, li kull persuna, għandha d-dritt li tkun min hi madwar l-Unjoni Ewropea kollha, irrispettivament mill-identità tagħha u f’liema parti tal-Ewropa tgħix.

Engerer irringrazzja lill-Grupp tas-Soċjalisti li wera appoġġ kbir b’100% tas-Soċjalisti fil-Parlament Ewropew jivvutaw favur ir-riżoluzzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend