Taljan ta’ 57 sena li jgħix San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku bil-mutur qrib it-Telgħa t’Alla u Ommu, in-Naxxar.
L-inċident ġara għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar, meta tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq mutur u waqa’.
Fuq il-post mar tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur, fejn ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.