Notifiki

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi miżuri għall-ħlas ugwali bejn is-sessi

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi proposta sabiex ikun hemm trasparenza fil-pagi li tiżgura li n-nisa u l-irġiel ċittadini ta’ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jirċievu paga indaqs għall-istess xogħol.

Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet tal-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza, Helena Dalli li qalet kif din il-proposta hija pass ‘il quddiem lejn l-infurzar tal-prinċipju ta’ paga indaqs.

Il-Kummissarju Dalli qalet kif din il-proposta se tagħti setgħa lill-ħaddiema biex jinfurzaw id-dritt tagħhom għal paga indaqs, li se jwassal biex jintemm il-preġudizzju bejn is-sessi fil-pagi. Żiedet tgħid kif il-Kummissjoni Ewropea hija impenjata sabiex il-postijiet tax-xogħol jilħqu dan il-għan.

Din il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tinkludi fiha li jkun hemm informazzjoni dwar il-paga għal dawk il-persuni li jkunu qed ifittxu xogħol u anke obbligu għall-kumpaniji kbar li jirrapportaw dwar id-differenza fil-pagi bejn is-sessi.

Barra hekk, din il-proposta se ssaħħaħ l-għodod biex il-ħaddiema jitolbu d-drittijiet tagħhom u se jkollhom ukoll id-dritt għal kumpens f’każ li jkun xi diskriminazzjoni fil-paga.

Dwar dan tkellmet ukoll il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, fejn qalet kif għall-istess xogħol wieħed jistħoqlu jirċievi l-istess paga.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend