Notifiki

Id-Difiża ta’ Fenech tiġbed l-attenzjoni fuq l-aġir ta’ Comodini Cachia 

Id-Difiża ta’ Yorgen Fenech, kitbet lill-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, li messaġġi mibgħuta f’chats moqrija minn Therese Comodini Cachia kienu ristretti mill-Qorti Kriminali.

Dan b’referenza għal chats fuq Whatsapp bejn Yorgen Fenech u l-Kummissarju tad-Dipartiment tat-taxxi interni Marvin Gaerty li nstabu fil-mobile ta’ Fenech innifsu. Iċ-chats ġew moqrija minn Therese Comodini Cachia meta Gaerty kien qed jixhed fl-inkjesta pubblika fil-5 ta’ Marzu.

Iċ-chats kienu preżentati quddiem il-Qorti waqt il-kumpilazzjoni kontra Fenech. Kopji kienu mgħoddija lill-partijiet kollha inkluż lil Comodini Cachia li qed tidher bħala Parte Civile għall-familja Caruana Galizia.

Madankollu hawnhekk il-Qorti kienet projbixxiet li din l-informazzjoni mill-mobile ta’ Fenech tgħaddi għand terzi persuni.

Fl-applikazzjoni mibgħuta lill-inkjesta pubblika, jingħad li dan kollu qed jiġi nnutat sabiex il-Bord tal-Inkjesta jkun jista’ jirregola l-proċedura.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend