Notifiki

BIL-FILMAT: Aktar minn 50 persuna, fosthom anzjani, jinqabdu jilagħbu t-tombla f’sala fil-Ħamrun

“Lilna ġejtu tiġbdu? Aħna ma qtilna lil ħadd.”

Dawn kienu il-kliem ta’ numru ta’ anzjani li l-Ħadd waranofsinhar inqabdu jilagħbu t-tombla f’sala fil-Ħamrun faċċata l-Knisja ta’ San Gejtanu.

Kienu rapport li sar ma’ Transport Malta dwar attività tal-massa li kienet qed issir fl-istess sala, liema attività qed titqies bħala waħda llegali skont id-direttivi l-ġodda li tħabbru ftit tal-jiem ilu.

Mal-wasla tagħhom għall-ħabta tat-14:45pm, l-uffiċjali tal-infurzar waqqfu l-attività filwaqt li ħarġu madwar sittin persuna li kienu fil-binja.

Fi sfond ta’ funeral li kien qed isir faċċata fil-Knisja ta’ San Gejtanu, numru ta’ anzjani bdew jgħollu leħinhom mal-midja fejn qalulhom “lilna ġejtu tiġbdu. Aħna ma qtilna lil ħadd.”

Mal-waqfa ħesrem tal-logħba tombla, l-uffiċjali tal-infurzar ħarġu multa lill-organizzatur ta’ din l-attività llegali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend