Ċiklist jindarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat

Ċiklist ta’ 54 sena mir-Rabat indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku, flimkien ma’ karozza tal-għamla Toyota Aygo li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 56 sena minn Ħal Qormi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30 ta’ dalgħodu fi Triq il-Buqana, ir-Rabat.

Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku li aktar tard ħa liċ-ċiklist l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend