Joseph Galea ta’ 30 sena u Emanuel Degabriele ta’ 31 sena, it-tnejn mis-Siġġiewi nżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti mixlija li għamlu numru ta’ serqiet minn siti ta’ kostruzzjoni.
Iż-żewġ irġiel tressqu l-Qorti akkużati li f’Jannar li għadda għamlu numru ta’ serqiet minn siti ta’ kostruzzjoni fil-Qrendi, Ħ’Attard, in-Naxxar u Ħad-Dingli.
Huma kienu akkużati li huma riċedivi.
Degabriele għamel talba għall-ħelsien mill-arrest iżda din it-talba ma ntlaqgħetx mill-Qorti.