Notifiki

Kważi 250,000 sigarett tal-kuntrabandu jinstabu f’garaxx ta’ klinika f’Birkirkara

Kważi mitejn u ħamsin elf sigarett (248,800) tal-kuntrabandu nqabdu f’garaxx ta’ klinika f’Birkirkara.

Fi stqarrija d-Dwana qalet li din il-qabda saret wara sigħat ta’ sorveljanza minn uffiċjali tad-dwana.

Kien ilbieraħ meta l-uffiċjali tad-Dwana qabdu fil-fatt min qed ibigħ u jixtri s-sigaretti bil-kuntrabandu

B’kollox instabu dsatax-il elf u sitt mitt sigarett li nstabu merfugħin f’kaxxi u boroż suwed u mitejn, disgħa u għoxrin elf u mitejn oħra nstabu ġo vann waqt li kienu qed jinħattu lejn il-garaxx.

B’rabta ma’ dan il-każ il-pulizija arrestat żewġ persuni.

Id-Dwana qalet li l-valur tat-taxxa mhux iddikjarat jammonta għal aktar minn sebgħa u ħamsin elf ewro.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend