Notifiki

Jonqsu t-twissijiet ta’ tsunami fi New Zealand u n-nies jistgħu jirritornaw lejn djarhom

In-nies tal-lokal fi New Zealand ġew mgħarrfa li jistgħu jirritornaw lejn djarhom wara terrimot qawwi li seħħ il-Ħamis u wassal għal twissijiet ta’ tsunami.

Dawk li jgħixu mal-kosta tal-Lvant jerħulha lejn postijiet aktar fl-għoli bħala prekawzjoni minħabba l-mewġ qawwi li beda dieħel lejn il-kosta.

Mewġ żgħir ta’ tsunami ġie mqanqal mit-terremoti li seħħew fejn bosta filmati fuq il-midja soċjali urew il-baħar mimli aktar mis-soltu u żieda fil-livell tal-ilma li beda dieħel fil-marina u fir-reġjun tal-Lvant tal-gżira.

L-awtoritajiet tennew li l-agħar ta’ dan il-mewġ issa għadda u l-livell ta’ allarm issa kkalma.

Matul il-jum tal-Ħamis bosta ħaddiema, studenti u residenti tal-lokal ġew mgħarrfa biex jitilqu minn djarhom f’żoni bħal Northland u Bay of Plenty – fost twissijiet li l-mewġ tat-tsunami jista’ jilħaq sa 3 metri ‘il fuq mil-livelli tal-milja.

It-terrimot li seħħ kien ta’ 8.1 fuq skala richter fejn laqat il-gżejjer Kermadec, li jinsabu fil-grigal ta’ New Zealand.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend