Notifiki

Jason Azzopardi jammetti li ma ddikjarax it-taxxa u jwaħħal fis-separazzjoni

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kkonferma l-istorja ta’ ONE News u ammetta li ma ddikjarax id-dħul għal fini ta’ ħlas ta’ taxxa.

Dan ħareġ minn rapport tal-Maltatoday fejn din il-midja tkellmet ma’ Jason Azzopardi u dan ammetta li għal numru ta’ snin ma ddikjarax id-dħul għal fini ta’ ħlas ta’ taxxa.

Huwa waħħal fil-proċeduri ta’ separazzjoni meta ma ddikjarax x’jaqla’.

Jason Azzopardi huwa membru ieħor fil-grupp parlamentari Nazzjonalista li għandu vizzju li ma jiddikjarax xi flus idaħħal.

Dan bħal Kap Nazzjonalista, Bernard Grech u l-Kap ta’ qablu Adrian Delia.

Bis-saħħa li tagħtih il-liġi, editur reġistrat jista’ jitlob it-tax returns tad-deputati.

Fil-fatt ONE News talab lill-Ispeaker jagħtina t-tax returns ta’ Jason Azzopardi iżda mir-risposta tal-Ispeaker jirriżulta b’mod ċar li Jason Azzopardi mhux dejjem bagħat dawn ir-returns lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni.

Biex b’hekk, Jason Azzopardi ma kienx qed jonora l-obbligi legali tiegħu, minkejja li jitkellem tant fuq il-governanza t-tajba.

Fl-istess jum li ONE News talab lill-Ispeaker dwar it-tax returns ta’ Jason Azzopardi, l-istess deputat rreaġixxa billi għamel aġġornament parlamentari fejn allega li sar frame-up fuq l-eks Kummissarju tat-Taxxi Interni u fih ipprova jimplika lis-Segretarju Permanenti Ewlieni, li mhux biss ċaħad iżda fakkar kif din kienet it-tielet gidba fi ftit żmien li għamel fuqu Jason Azzopardi.

Jason Azzopardi kien tkellem hekk waqt il-ħin tal-aġġornament wara li l-Ispeaker, kif għandu l-obbligu li jagħmel, infurmah li l-midja staqsiet għat-tax returns tiegħu.

L-għada li ONE News staqsa dwar it-tax returns ta’ Jason Azzopardi, dan l-istazzjon huwa infurmat li Azzopardi żamm laqgħat ma’ strateġisti ta’ Bernard Grech li fihom għamilha ċara li jippretendi li l-Partit Nazzjonalista jaqbad in-narattiva tiegħu minnufih kull darba li jitkellem fil-Parlament.

Fil-laqgħa fakkar lill-istrateġisti biex jgħidu lill-Kap Nazzjonalista min poġġih hemm.

Nifhmu li Jason Azzopardi huwa konxju li l-Kap tal-Oppożizzjoni ftit li xejn għandu awtorità fuq dan l-aħħar każ żvelat dwar Jason Azzopardi għaliex Bernard Grech għamel snin ma jħallasx it-taxxa.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Kif ma giex illuminat Jason li ghadu ma hallas taxxa meta mar fuq il Qatar ta kristu.Tibqax tipprova tidhaq bil maltin ghax kull darba li tiftah halqek izjed nies mhux jemmnu dak li tghid.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend