Notifiki

Tar-Repubblika u l-PN jattakkaw lill-Ispeaker Anġlu Farrugia

Tar-Reppublika u l-Partit Nazzjonalista ħarġu jattakkaw lill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia.

Dan wara li t-Tlieta, fil-Parlament, l-Ispeaker Anġlu Farrugia ta ruling fejn waqqaf lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, George Hyzler, milli jinvestiga l-każ ta’ erba’ ġurnalisti li kienu allegaw li tliet persuni żammewhom kontra l-volontà tagħhom f’Kastilja fis-sigħat bikrin tad-29 ta’ Novembru tal-2019.

L-ewwel li attakkaw lil Anġlu Farrugia kienu tar-Repubblika li warajhom hemm ħu d-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina u l-eks Chief of Staff ta’ Austin Gatt, Manuel Delia. Tar-Reppublika talbu għar-riżenja tal-Ispeaker.

Ftit minuti wara, propjament seba’ minuti wara l-istqarrija tar-Repubblika, il-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija rigward l-Ispeaker Anġlu Farrugia. F’din l-istqarrija, il-partit ta’ Bernard Grech ħareġ jattakka lil Anġlu Farrugia u lill-membri tal-Gvern. B’din l-istqarrija hija ffirmata minn Karol Aquilina, ħu l-President tal-Għaqda Repubblika, Robert Aquilina.

Dwar dan il-każ li tkellmu fuqu r-Repubblika u l-Partit Nazzjonalista, il-Qorti ma kinitx sabet lit-tliet persuni ħatja li żammew xi ġurnalisti u lliberathom minn kull akkuża.

L-Avukat Ġenerali kien appella mis-sentenza tal-Qorti, tant li kien għalhekk li Hyzler twaqqaf mill-Ispeaker biex jinvestiga l-każ minħabba li għad irid jinqata’ l-każ mill-Qorti fl-istadju tal-appell.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend