Notifiki

Il-PL b’espressjoni ta’ interess għall-binja tar-Rialto

Il-Partit Laburista ħareġ sejħa għall-espressjoni ta’ interess għall-binja tar-Rialto f’Bormla.

Din il-binja, li għandha l-faċċata tħares lejn il-baċir u li hija mibnija fuq stil aritettoniku tal-Art Deco, kienet tintuża bħala sala taċ-ċinema u li baqgħet tintuża san-nofs is-snin disgħin.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista George Azzopardi qal li l-Partit Laburista ħareġ espressjoni għall-interess għal din il-binja skedata kif ukoll għal dik ta’ biswit it-teatru, sabiex dan il-bini jerġa’ jingħata l-ħajja u jieħu l-glorja li kellu fiż-żmien l-imgħoddi.

Huwa spjega: “Huwa d-dmir tagħna illi dan il-patrimonju li ħallew il-partitarji ta’ qabilna, aħna l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista nagħmlu l-aħjar ġid minnu: ġid għall-partit u aktar minn kollox ġid għal din il-kommunità ta’ madwarna. Skattajna proċess ta’ espressjoni ta’ interess biex il-proċess ikun kif għamilna fil-binjiet ta’ qabel, jiġifieri fil-binja ta’ Raffles ikun hemm it-trasparenza kollha mixtieqa.”

Dan il-proċess isegwi dak tal-binja tar-Raffles, fejn il-Partit Laburista għadda l-binja lill-privat bi proċess trasparenti għal 26 sena.

Kull min huwa interessat jista’ jiġbor id-dokumenti għall-espressjoni tal-interess miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-disgħa ta’ filgħodu u l-ħamsa ta’ wara nofsinhar.

Is-sottomissjonijiet jagħlqu nhar fl-aħħar ta’ Mejju f’nofsinhar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend