F’ruling li ta, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia waqqaf lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, George Hyzler, milli jinvestiga l-każ ta’ erba’ ġurnalisti li kienu allegaw li tliet persuni żammewhom kontra l-volontà tagħhom f’Kastilja fis-sigħat bikrin tad-29 ta’ Novembru tal-2019.
F’dan il-każ, il-Qorti ma kinitx sabet lil dawn it-tliet persuni ħatja, u lliberathom minn kull akkuża.
L-Avukat Ġenerali kien appella mis-sentenza tal-Qorti.
Huwa għalhekk li Hyzler twaqqaf mill-Ispeaker biex jinvestiga l-każ minħabba li għad irid jinqata’ l-każ mill-Qorti fl-istadju tal-appell.