Notifiki

Biżżejjed provi biex l-Avukati Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca jitpoġġew taħt att ta’ akkuża

F’digriet mogħti mill-Qorti ntqal kif hemm biżżejjed provi biex l-Avukati Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca jitpoġġew taħt att ta’ akkuża.

Dan b’rabta ma’ allegat attentat tixħim ta’ ġurnalist tat-Times.

Caruana Curran u Mercieca huma parti mit-tim tad-difiża tal-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Kien ġurnalist tat-Times of Malta li għamel rapport mal-Pulizija dwar laqgħa li kellu mal-Avukati fejn allega li ġie offrut bejn “tnejn u erba’ noti tal-ħames mitt ewro.”

L-istess ġurnalist allega li l-Avukati avviċinawh sabiex jikteb għadd ta’ stejjer biex itellfu l-kredibiltà tax-xhud, Melvin Theuma.

Ritratt: Times of Malta

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend