Fil-Parlament, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal kif kien hemm iżjed minn deputat wieħed tal-Partit Nazzjonalista li talbu sabiex iqabbżu lin-nies fl-għoti tat-tilqim għall-Covid-19.
Dan intqal jum wara li d-Deputat Prim Ministru żvela kif kien hemm deputat li talab sabiex iqabbeż lin-nies biex jieħu t-tilqima.
Chris Fearne qal kif kien hemm deputat ta’ Bernard Grech li anke wara tlett ijiem li ma bagħtlux, bagħtlu messaġġ ieħor bħala dak li sejjaħ “gentle reminder”.
Qal kif kien hemm deputati Nazzjonalisti li talbuhom mhux għalihom biss, iżda anke għall-qraba u għall-ħbieb tagħhom.
Intant ftit tal-ħin wara l-Kap tal-Oppożizzjoni qam jikkonferma li d-Deputat Prim Ministru tah żewġ ismijiet ta’ Deputati Nazzjonalisti li talbuh biex iqabbżu l-kju ħalli jieħdu t-tilqima.