Notifiki

Imnedija konsultazzjoni pubblika dwar politika kulturali nazzjonali

Tnediet konsultazzjoni pubblika dwar politika kulturali nazzjonali ġdida għall-għaxar snin li ġejjin.

Din il-politika ġdida ser tkun qed tkompli fuq it-titjib li sar fis-settur kulturali fl-aħħar snin, filwaqt li tindirizza l-bżonnijiet li hemm fir-realtajiet tal-lum.

Id-Direttur fi ħdan id-Direttorat tal-Kultura, Mario Azzopardi spjega li t-tema rikorrenti f’din il-politika hija t-titjib tal-ġid tan-nies permezz tal-kultura. Stqarr kif din il-politika fiha 178 eżitu msawra madwar tmien temi prinċipali.  Azzopardi spjega kif it-tisħiħ tal-infrastruttura kulturali f’pajjiżna kienet waħda mill-punti indirizzati fil-politika.

Is-Sur Azzopardi qal, “Tkellimna ħafna wkoll dwar l-infrastruttura kulturali, il-għaliex għalkemm aħna mhonnijjin b’ħafna, imma wkoll għandna xi nuqqasijiet illi naħseb illi, pereżempju, għandna bżonn ‘concert hall’ għall-orkestra filarmonika ta’ Malta. Għandna ħafna teatri mitluqin, ejja naraw kif ser insibu użu għalihom flok binja mitluqa hemmhekk kif, proġett illi diġà beda.”

Il-Ministru għall-Wirt Nazjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, José Herrera spjega kif din il-politika hija frott xhur ta’ ħidma ta’ working group li ser ikompli jibni fuq is-suċċessi miksuba fl-aħħar snin f’dan is-settur.

Huwa sostna: “Kien wasal iż-żmien illi nimmaturaw dik il-politika anke ‘in linea’ tal-politika Ewropea u anke ‘in linea’ ma’ politika internazzjonali ta’ dik li hija s-sostennibbiltà.”

Il-konsultazzjoni pubblika ser tkun qed tintemm nhar it-12 ta’ April li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend