Notifiki

Fiequ 80 persuna mill-Covid-19 u feġġew 336 każ

Fl-aħħar sigħat fiequ 80 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 336 każ minn fost 3,572 test.

Dan ifisser li 91.6% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 9.4% ġew pożittivi.

Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 705,682 test.

Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 81,883 doża. Minnhom, 29,021 persuna ħadu t-tieni doża.

Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, mara ta’ 61 sena, raġel ta’ 41 sena u mara ta’ 78 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend