Notifiki

BIL-FILMAT: Il-PM jemmen li għandhom jiżdiedu l-multi għall-ksur tar-regoli marbuta mal-imxija

“B’idi fuq il-kuxjenza tiegħi ħdimt qatiegħ din l-aħħar sena u għamilt minn kollox biex nipproteġi s-saħħa, l-għajxien u l-ekonomija tal-poplu Malti u Għawdxi.”

Qal dan il-Prim Ministru Robert Abela waqt stqarrija ministerjali fil-Parlament hekk kif spjega s-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li bħalissa għaddejin diskussjonijiet kontinwi mal-awtoritajiet tas-saħħa sabiex fost oħrajn jittejjeb l-infurzar. Kien hawnhekk li Dr Abela qal li jemmen fil-ħtieġa li jiżdiedu l-multi sabiex kulħadd jobdi r-ristrezzjonijiet li hemm fis-seħħ.

Dr Abela stqarr: “Qegħdin iva llum niddiskutu mal-awtoritajiet tas-saħħa sabiex naraw fejn nistgħu ntejbu fost oħrajn l-infurzar, fejn nistgħu jekk hemm il-ħtieġa nżidu l-multi għal min jinqabad jikser ir-regoli u hemm numru ta’ restrizzjonijiet fis-seħħ. Iva nemmen li għandhom jiżdiedu l-multi għal min mhux qed josserva r-regolamenti li hemm fis-seħħ imma dik hija d-differenza ewlenija. Intom titkellmu ħafna, aħna naġixxu.”

Il-Prim Ministru qal li se jiġu msaħħa wkoll ir-riżorsi għall-awtoritajiet tas-saħħa: Issa jekk tgħidli nistgħux nagħtu iktar riżorsi, mhux nistgħux, se nagħtu iżjed riżorsi imma l-ħidma tal-awtoritajiet tas-saħħa tmaqdruwihex. Ejja nkunu solidali u nappoġġjaw il-ħidma tal-awtoritajiet tas-saħħa li għaddew minn sena ta’ pressure bla waqfien.”

Dr Abela spjega li din hija d-differenza ewlenija bejn Gvern li jaġixxi għal Oppożizzjoni li titkellem biss.

Fil-fatt il-Prim Ministru appella lill-Oppożizzjoni biex ma tibqax tkun partiġjana fl-atteġjament politiku tagħha iżda tkun ta’ spalla għall-Gvern u toffri alternattivi għall-Maltin u l-Għawdxin.

Il-Prim Ministru tenna: “Fuq banda niġu hawnhekk nikkritikaw l-ħidma tal-Gvern f’dan is-suġġett imbagħad tiġi hawnhekk tipprova tagħsar x’kontribut qed tagħti l-Oppożizzjoni. Huwa doveruż fuqkom l-Oppożizzjoni li tagħtu kontribut u meta tagħsar ħlief kritika, tmaqqdir u negattiviżmu jiddispjaċini ngħid li ma ssib xejn.”

Intant tul l-istqarrija Ministerjali tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela kellu ċ-ċans ukoll jitkellem dwar is-summit tal-Kunsill Ewropew virtwali li sar lejn tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Dwar il-pandemija u s-settur tas-saħħa, il-Prim Ministru spjega li l-mexxejja talbu biex il-proċessi tar-rata ta’ tilqim u l-produzzjoni tal-vaċċin ikunu mgħaġġla kemm jista’ jkun. Spjega wkoll li kien hemm qbil fuq riċerka kontinwa u aktar assessjar dwar il-varjanti ġodda li qed ifeġġu.

Dwar iċ-ċertifikati għal dawk li tlaqqmu bil-vaċċin, il-Prim Ministru spjega li dan is-suġġett se jibqa’ jiġi diskuss.

Il-Prim Ministru saħaq: “Iddiskutejna wkoll il-possibiltà ta’ ċertifikat li juri li persuna ħadet il-vaċċin. Kien hemm diverġenza ta’ opinjoni dwar dan is-suġġett u qbilna li nkomplu d-diskussjoni dwar iċ-ċertifikat fil-laqgħa li jmiss li se ssir dan ix-xahar stess.”

Dwar dawn il-materji, il-Prim Ministru sostna li huwa laqa’ u appoġġja bis-sħiħ il-pożizzjoni tal-Kunsill Ewropew.

Fuq is-suġġett tas-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni Ewropea l-Prim Ministru spjega li kien hemm qbil bejn il-mexxejja li l-Unjoni Ewropea jkollha l-kapaċità taġixxi b’mod awtonomu fuq livell internazzjonali. Dan filwaqt li tkompli taħdem man-NATO u l-Ġnus Maqgħuda fost oħrajn.

Fuq l-immigrazzjoni, Dr Abela spjega kif ġiet diskussa l-politika li permezz tagħha jintbgħatu lura persuni li ma jikkwalifikawx għall-ażil fl-Unjoni Ewropea.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

5 Comments

  1. Tajba, izda ghawn hafna bdabatt ma saqajn. Hemm ghara jgara llum wara dak il rave party ta Pembroke. Il pulizijja zbaljaw bil kbir. Misshom gabru lil kulhadd u mhum min organizza il party.

    1. Nies li jaghmlu parties bhal dak li gie organizat ghandu jkun hemm multi kbar ghall min jghamilhom u habs Forsi dawn il bhejjem jiehdu taghlima

      1. Nies li jaghmlu parties bhal dak li gie organizat ghandu jkun hemm multi kbar ghall min jghamilhom u habs Forsi dawn il bhejjem jiehdu taghlima

  2. HEMM BZONN LI JKUN HEMM INFURZAR FUQ IL KAROZZI TAL LINJA.KIF WKOLL FPOSTIJIET FEJN JILTAQAW IN NIES.IL GNIEN TAL GZIRA HAFNA NIES ANQAS BISS JKOLLOM MASKLA .RAJT PERSUNA
    WAHDA TAL LESA GHADDEJJA MINN FUQ BARRA TAL GNIEN.

  3. Bir-rispett kollu, x’qed tistenna Prim?! Il-multi ghandom ikunu tant kbar li jkunu ta’ diterrent ghal min jabbuza. U tajjeb ukoll li l-Kumissarju tal-Pulizija jaghmel supervizjoni fuq min qed jiccekkja biex ma jsirux dawn abbuzi. Jidher bic-car li l-abbuzi qed jizdiedu ma Malta kollha u dan mhux rifless fic-citazzjonijiet li jinhargu. B’hekk biss nitghallmu.

Leave a Reply to Seracin Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend