Notifiki

BIL-FILMAT: Bernard Grech jidħol ġo lift biex jaħrab lill-ġurnalisti

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech daħal ġo lift biex jaħrab mill-ġurnalisti fi tmiem attività li kellu u li għaliha sejjaħ il-midja iżda ma riedx iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti.

Fil-fatt fi tmiem l-attività, kif ħareġ mill-bieb ħa żewġ mistoqsijiet iżda kien hemm iżjed ġurnalisti li riedu jsaqsu, b’Bernard Grech lebbet lejn il-lift u daħal fih.

Saħansitra l-kelliem tiegħu Alessandro Farrugia ntefa’ quddiem Bernard Grech u pprova jagħlaq il-lift biex ħadd iżjed ma jsaqsi lill-Kap tal-Oppożizzjoni.

Lill-ġurnalisti li riedu jsaqsu qalilhom li mhux qed jagħmlu sew.

Fil-fatt ġurnalist ieħor beda jgħid li Bernard Grech kien għadu ma weġibx għall-mistoqsijiet tiegħu.

Wara dan, Bernard Grech gerger kontra l-ġurnalisti għax skont hu, bdew iżommulu l-lift.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend