Notifiki

Se jittieħdu passi kontra l-organizzaturi ta’ party illegali fil-White Rocks f’Pembroke

Rapporti qed jgħidu kif il-Pulizija identifikat il-persuna li organizzat party illegali fl-inħawi tal-White Rocks f’Pembroke fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali juri grupp kbir ta’ nies ġo xulxin waqt party, fejn għal dan, ir-rapporti qalu kif il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post.

Il-Pulizija qalet li se jkunu qed jittieħdu passi kontra l-organizzaturi b’rabta mal-liġijiet dwar attivitajiet tal-massa fi żmien ta’ pandemija kif ukoll li organizzaw attività kummerċjali mingħajr liċenzja.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Min jorganizza l attivitajiet tal massa fdan is zmien ghandu jpatti bil qares talli kiser il ligi u kabbar riskju li jigu nfettati izjed nies.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend