Tard it-Tnejn filgħaxija tħabbret il-mewt ta’ Ġorġ Agius, li huwa magħruf minn ħafna bħala Ġorġ tal-Mużew.
Ġorġ, li kien mill-Birgu miet fl-età ta’ 94 sena fir-residenza tal-anzjani San Vinċenz de Paul.
Lil Ġorġ kont issibu ħafna drabi l-isptar u fuq tal-linja mill-Birgu, iferraħ lil bosta persuni hekk kif kien iżur lil nies morda u anzjani sabiex jferraħħhom u jwennishom permezz ta’ taqbila wara l-oħra mimlija kliem ta’ ferħ u kuraġġ.