Notifiki

Id-Dwana b’sejba ta’ karkassi ta’ għasafar li waslu bil-posta

Il-ġimgħa li għaddiet id-Dipartiment tad-Dwana għamel sejba ta’ pakkett li fih kien hemm 10 karkassi ta’ għasafar.

Dawn instabu waqt li sar screening ta’ għadd ta’ pakketti li kienu għadhom kif waslu mir-Renju Unit, bl-uffiċjali tad-Dwana indikaw li kien hemm xi ħaġa suspettuża f’pakkett partikolari.
Minn hemm il-pakkett infetaħ fil-preżenza ta’ rappreżentanti mill-Maltapost fejn instabu l-karkassi tal-għasafar, liema karkassi ġew miżmuma b’rabta ma’ investigazzjoni li nfetħet dwar din is-sejba.
Uffiċjali mill-ERA ssejħu wkoll fuq il-post biex jidentifikaw l-għasafar.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend