“Nilqa’ l-progress li sar fl-investigazzjonijiet tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia” – il-KE għall-Ġustizzja

Il-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, Didier Reynders, laqa’ l-progress li sar fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fuq Twitter, Reynders ippubblika ritratt waqt laqgħa virtwali li kellu mal-Ministru għall-Ġustizzja Malti, Edward Zammit Lewis, u filwaqt li laqa’ l-iżviluppi riċenti fil-każ tal-omiċidju tal-ġurnalista, qal li l-ġlieda għall-verità trid tibqa’ għaddejja.

Kiteb li fil-laqgħa mal-Ministru Malti ġew diskussi t-tħejjijiet dwar il-Prosekutur tal-Unjoni Ewropea u l-passi li jmiss għal riformi fil-ġustizzja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend