Aktar minn 300 tifla nħatfu minn grupp li għadu mhux identifikat minn skola sekondarja tax-Xjenza fil-Majjistral tan-Niġerja.
Il-Pulizija qalu li jemmnu li t-tfal ittieħdu f’foresta wara li nħatfu mill-iskola f’Jangebe, fl-istat ta’ Zamfara.
Din hija waħda minn fost bosta ħtif tal-massa mill-iskejjel f’dawn l-aħħar ġimgħat.
Dan hekk kif gruppi armati ta’ spiss jaħtfu tfal tal-iskola għal somma flus.
Il-President Muhammadu Buhari kkundanna dan il-ħtif u sejjaħlu bħala wieħed inuman u totalment inaċċettabbli.