Notifiki

Jindarab gravi wara li kien involut f’inċident bejn tliet vetturi f’Ħaż-Żebbuġ

Pakistan ġarrab ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura, kawża ta’ ħabta bejn tliet vetturi li seħħet għall-ħabta tat-7:45 ta’ dalgħodu fi Triq l-Imdina Ħaż-Żebbuġ.

Minn investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li seħħet ħabta bejn vann ta’ Isuzu Elf li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 36 sena minn Ħal Qormi, mutur tat-tip Honda li kien misjuq minn Taljan ta’ 45 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar u Mazda Demio li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 40 sena minn Ħal Qormi.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku li ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend