Notifiki

Jaħarbu milli jwieġbu dwar id-dellijiet fuq sħabhom

Deputati Nazzjonalisti qed jaħarbu u jħossuhom skomdi jwieġbu dwar deputati bħal Jason Azzopardi u Adrian Delia, li ġie rappurtat fuqhom li marru jittallbu u ħadu rigali m’għand ta’ Fenech.

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ġimgħa filgħodu, Claudette Buttigieg għażlet li ma tweġibx fuq il-mistoqsijiet li għamel ONE News dwar jekk hiex komda b’Jason Azzopardi u Adrian Delia u jekk tħosshiex ipokrita li titkellem fuq ħaddieħor iżda mhux fuq deputati Nazzjonalisti

Minflok, ħarbet u talbet lill-ġurnalisti oħra jsaqsu.

Meta kienet mistoqsija: “Ma tħossukhomx ipokriti fuq nies fil-Partit tagħkom u ma titkellmux dwarhom?”

Hija qalet, “Nieħu mistoqsija oħra please.”

Anki d-deputat Stephen Spiteri, li indirizza l-konferenza tal-aħbarijiet għażel li ma jweġibx, b’Buttigieg tilqgħalu u t-tnejn flimkien lebbtu ’l barra mill-konferenza.

Jason Azzopardi kien il-persuna li ħa kamra mħallsa mill-grupp tas-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech.

Fil-fatt Jason Azzopardi kienet tħallsitlu kamra minn ta’ Fenech f’lukanda f’Tel Aviv meta dan kien mar għall-vaganza minħabba li kellu tieġ.

Dwar Adrian Delia kienu ssemmew allegazzjonijiet, saħansitra minn David Thake, illum deputat Nazzjonalista, li Delia ħa jew ġie offrut flus mingħand Yorgen Fenech biex tiġi mminata l-kampanja elettorali ta’ David Casa.

Fuq dawn l-allegazzjonijiet issemma wkoll Pierre Portelli li ġimagħtejn ilu rriżenja minn membru tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

Pierre Portelli kien imexxi l-midja Nazzjonalista fi żmien li Adrian Delia kien Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Għal dan kollu, id-deputati Nazzjonalisti qed jibqgħu siekta bħal Kap Bernard Grech, li l-Ħamis ukoll kien mistoqsi dwar dan.

Grech stqarr: “Ara ma nelludux ruħna li wasal hawn bis-saħħa tal-Gvern jew bis-saħħa ta’ Robert Abela. Illum wasalna hawn bis-saħħa u bil-konvinzjoni ta’ dawk il-persuni tal-PN, tas-soċjetà ċivili.”

Minflok Bernard Grech qal biss li l-iżviluppi li seħħew b’rabta mal-qtil ta’ Caruana Galizia ġraw bis-saħħa tal-Partit Nazzjonalista.

Grech kien mistoqsi: Inti għadnek l-eks Kap tal-Partit Adrian Delia li kien hemm rapporti ta’ bdil ta’ messaġġi ma’ Yorgen Fenech anke wara li sirna nafu li huwa s-sid ta’ 17-Black. Għaliex ma titlobx għar-riżenja tiegħu?

Intant fuq Facebook, Delia rreaġixxa għall-fatt li deputati oħrajn ma ddefendewhx.

Hu talab lil ONE News isaqsi lilu dirett wara li b’mod evidenti, Claudette Buttigieg u Stephen Spiteri għażlu li ma joħorġux għonqhom għalih, wara li kien ġie allegat li Delia ħa flus m’għand Yorgen Fenech biex Casa ma jitlax fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend