Notifiki

Ippubblikat ir-rapport li jimplika lil bin Salman fil-qtil ta’ Khashoggi

L-uffiċċju tad-Direttur tal-Intelliġenza Amerikana ħareġ ir-rapport dwar il-qtil tal-ġurnalist mill-Arabja Sawdija Jamal Khashoggi.

Dan ir-rapport ġie ppreżentat lill-Kungress Amerikan u implika li l-Prinċep u eredi għat-tron tar-Renju tal-Arabja Sawdija Mohammed bin Salman ordna l-qtil ta’ Khashoggi.

Ir-rapport ta’ erba’ paġni jgħid li bin Salman ordna biex Khashoggi jinqabad fil-konsulat tal-Arabja Sawdija f’Istanbul f’Ottubru ta’ tliet snin ilu.

Il-Gvern tal-Arabja Sawdija dejjem ċaħad li bin Salman kien involut fil-qtil tal-ġurnalist u minflok tefa’ l-ħtija fuq aġenti tal-Gvern.

Fit-2 ta’ Ottubru tal-2018, Jamal Khashoggi deher dieħel il-konsulat ta’ pajjiżu fit-Turkija biex jikseb xi dokumenti iżda qatt ma deher ħiereġ.

Ġie rappurtat li l-President Amerikan Joe Biden qara r-rapport li jimplika b’mod serju lil dak li hu deskritt bħala l-mexxej tal-Arabja Sawdija, pajjiż alleat tal-Istati Uniti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend