Notifiki

BIL-FILMAT: Ryan Callus imur fuq ix-xandir u jgħid lil Miriam Dalli li jitħassarha 

Fil-programm XTRA preżentat minn Saviour Balzan fuq ix-xandir nazzjonali kien diskuss il-qasam tal-enerġija u fil-bidu tal-programm, id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus ħareġ jgħid li hu jitħassar lill-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli.

Callus stqarr: “Għax jiena nitħassarha.”

Għal dan il-kumment imsejjaħ pwerili, Miriam Dalli rreaġixxiet.

Il-Ministru Dalli qalet, “Nirreaġixxi għall-kumment ta’ nitħassarha. Tiħux għalija narattiva patronizzanti fil-politika Maltija li bir-rispett kollu ma kontx nistenniha minn xi ħadd bħalek.”

Fil-programm, il-Ministru għall-Enerġija semmiet dak li kien għadu kif tħabbar hekk kif mill-jum tal-Ġimgħa fetħu l-applikazzjonijiet għall-ħames skemi ta’ investiment fil-pannelli tax-xemx biex b’hekk il-familji se jkollhom kontijiet orħos u disa’ miljun ewro aktar f’buthom.

F’mument minnhom, Ryan Callus qal li l-interconnector huwa l-irħas sors ta’ enerġija, b’Miriam Dalli tikkorreġih.

Hija sostniet: “Ryan isemmi li l-irħas sors huwa l-interconnector. Li ma jsemmix Ryan huwa li l-interconnector huwa l-iktar għoli fil-peak meta inti jkollok l-akbar domanda.”

Fil-programm anki Saviour Balzan spiċċa jikkoreġi lil Ryan Callus dwar il-proġett tal-imtieħen tar-riħ li kellu jsir fi żmien Gvern Nazzjonalista li iżda imbagħad kien ġie abbandunat.

Balzan fisser: “Biex inkun korrett kien hemm oġġezzjoni kbira mill-għaqdiet ambjentali fuq dan is-suġġett u anki l-midja kienet kontra.”

Miriam Dalli semmiet ukoll kif Gvern Laburista qed jagħti feed-in tariff u l-investiment sħiħ li kienu għamlu n-nies fil-pannelli tax-xemx anki jekk kienu taħt skemi li għamel Gvern Nazzjonalista u li skadew wara sitt u tmien snin.

Fil-programm spikkaw ukoll il-mumenti fejn Ryan Callus lanqas ta ċans lill-ġurnalist u preżentatur isaqsih.

Balzan stqarr: “Ryan, ippermettieli minuta, stenna issa twieġeb, tini raġuni għalfejn qiegħed hawn biex għall-inqas nagħmillek il-mistoqsijiet għax nispiċċa bla xogħol.”

“Naħseb fil-kuntest, tini sekonda ċans.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend