Il-Partit Laburista jikkundanna bla ebda riżerva l-aġir fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galizia

Il-Partit Laburista kkundanna bla ebda riżerva u bl-iktar mod kategoriku, il-kumment dispreġjattiv fil-konfront tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia.
Fi stqarrija ntqal kif dan il-kumment li sar minn kunsillier fir-Rabat, Għawdex, ma jissimbolizza bl-ebda mod dak li jemmen il-Partit Laburista u assolutament mhux ittollerat.

Il-PL spjega kif f’mument fejn l-istituzzjonijiet qed jaħdmu bla waqfien biex tkompli tinkiseb ġustizzja sħiħa f’dan il-każ, il-Partit Laburista jerġa’ juri solidarjetà mal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia.

Temm billi qal li dan hu mument fejn lkoll irridu naħdmu biex il-ferita li ħalla dan l-omiċidju tibda tingħalaq, qabel xejn għall-familja Caruana Galizia, kif ukoll għall-pajjiż.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend