Notifiki

Il-Gvern jalloka €600,000 lill-Kunsilli Lokali

Il-Gvern qed jallokka sitt mitt elf ewro, bħala parti mit-tieni sejħa miftuħa għall-Kunsilli Lokali bħala parti minn skema kofinanzjata mill-fondi Norveġiżi.

Dan tħabbar mill-Ministri José Herrera u Carmelo Abela, flimkien mas-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi, wara li l-ġimgħa li għaddiet ġew imħabbra l-proġetti f’erba’ lokalitajiet.

Waqt din il-konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Herrera qal kif il-viżjoni tal-Gvern hija li l-kunsilli lokali jkunu aktar b’saħħithom u permezz ta’ din l-iskema qed jittieħdu miżuri favur iċ-ċittadini fil-komunità.

Qal kif, “Iridu jkunu kunsilli urbani u jridu jagħmlu proġetti soċjali, jiġifieri l-aktar kunsilli vulnerabbli mill-aspett soċjali, l-aktar li jiġu preferuti u l-investiment jista’ jsir fis-soċjal, fil-housing, fi spazji miftuħa.”

Il-Ministru Carmelo Abela qal kif din l-iskema hija miftuħa għall-wieħed u għoxrin kunsill lokali li huma urbani.

Spjega, “Ma jiddejqux jersqu ‘l quddiem. Naf li jista’ jkun hemm diffikultajiet ta’ natura prattika, il-mili tal-formuli u affarijiet li jmorru, wieħed kif jista’ jkollu aċċess għal dawn il-fondi u allura din l-aġenzija tal-Gvern, il-MEUSAC qegħda hemmhekk biex propju tagħmel ħajja faċli għal dawk li għandhom l-aspirazzjoni li japplikaw u li finalment jibbenefikaw minn dawn il-fondi.”

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi spjega kif il-lokalitajiet jistgħu japplikaw għal massimu ta’ mitt elf ewro.

Qal, “Permezz tal-Ismall Grants Scheme li ġejja minn Fondi Norveġizi se jkun hemm numru ta’ kunsilli lokali li jistgħu jappliakaw għal diversi inizjattivi, li jkunu hemm grants bejn €25,000 u €100,000.”

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend