Notifiki

BIL-FILMAT: Manuel Delia jsejjaħ bħala show l-attività barra l-Qorti

Waqt il-programm l-Erbgħa Fost il-Ġimgħa fuq l-istazzjon nazzjonali, propju waqt li kienu qed jitressqu erba’ persuni akkużati b’żewġ omiċidji, il-kandidat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut qal kif l-istituzzjonijiet f’pajjiżna mhux jaħdmu.

Qal, “Wasalna s’hawn, mhux għax l-istituzzjonijiet qed jaħdmu kif jipprova jgħidilna l-Prim Ministru lbieraħ. Wasalna s’hawn minkejja li l-istituzzjonijiet, f’kull pass ippruvaw ifixxklu u ppruvaw jgħattu l-verità.”

Waqt il-programm il-kandidat tal-partit ta’ Bernard Grech qal li għandu konkluzzjoni waħda dwar dan il-każ.

Sostna, “Nasal għall-konkluzzjoni waħda, li f’dan il-pajjiż l-istituzzjonijiet mhux jaħdmu qegħdin.”

Waqt l-istess programm kien hemm id-Deputat Laburista Manuel Mallia li qal kif il-fatti dwar kull każ trid tibnihom fuq il-verità ġudizzjarja, dak li jiġri fil-Qorti u mhux il-verità popolari.

Qal, “Il-fatti trid tibnihom fuq verità, li titwassal il-verità, allura l-verità ġudizzjarja. Il-verità ġudizzjarja hija differenti ħafna mill-verità populari għax il-verità popolari tista’ tispinja u ttiha x-xebħ li trid.”

Imbagħad hekk kif waqt il-programm l-akkużati daħlu l-Qorti, il-preżentatur staqsa lil Mark Anthony Sammut dwar l-istituzzjonijiet. Hawnhekk huwa kompla bl-istess risposta bħal ta’ qabel.

Għal dan li beda jintqal minn Mark Anthony Sammut, l-opinjonista Robert Musumeci qal li kieku l-Gvern ħataf l-istituzzjonijiet ma kinux jitressqu n-nies biex jaffaċċjaw il-ġustizzja.

Qal, “Li kieku allura huwa minnu li qed ngħixu f’pajjiż maħtuf, taħseb int jew xi ħadd li għandu ftit ta’ bon sens jasal biex jikkonċedi illi min għandu l-pajjiż f’idejh se jippermetti illi naslu s’hawn, għax huwa kontra sens.”

Waqt l-istess programm kien hemm il-blogger u l-eks Chief of Staff ta’ Austin Gatt, Manuel Delia li qal kif dak li ġara l-Erbgħa huwa show.

Ta’ QabelLi Jmiss

4 Comments

  1. Il-pn u l-akkolti kollha dan il-każ qatt ma’ rieduh jissolva għax hekk kien jaqblilhom! Issolva għax Joseph Muscat u anki Robert Abela irsistew biex jissolva. Punt u basta.

    1. Prosit matteotti.Ilu tant jaghmilhom is shows manuel delia.il problema ta m. Delia ul pn hija wahda.IL LUM ULIED IL HADDIEM SARU AVUKATI NUTARA ENGI IERA U KULL GENERU IEHOR TA LAWRIJA.din hija likbar problema tal pn.

Leave a Reply to FRANCIS SAID Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend