Notifiki

Ara min huma l-erba’ akkużati li tressqu lbieraħ li fuq rashom għandhom implikazzjonijiet kriminali

L-erba’ akkużati li tressqu l-Qorti l-Erbgħa tard filgħaxija kollha kienu magħrufa mal-pulizija.

L-aħwa Adrian Agius ta’ tnejn u erbgħin sena u Robert Agius ta’ sebgħa u tletin sena magħrufa bħala Tal-Maksar, flimkien ma’ Jamie Vella ta’ sebgħa u tletin sena diġà kienu ġew arrestati minħabba l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Dan hekk kif fl-erbgħa ta’ Diċembru tal-elfejn u sbatax, ħamsin jum wara l-qtil ta’ Caruana Galizia b’karozza bomba ġewwa l-Bidnija, f’operazzjoni massiċċa mill-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malta arrestaw għaxar persuni, li imbagħad kienu nħelsu.

Missier l-aħwa tal-Maksar, Raymond Agius kien inqatel kiesaħ u biered f’April elfejn u tmienja, b’żewġ tiri f’ħanut tax-xorb f’Birkirkara. S’issa dan il-każ għadu mhux solvut.

Adrian Agius kien issemma wkoll fil-każ tal-More Supermarkets. Dan hekk kif kien rappurtat li Agius kien għamel propjetà tiegħu bħala garanzija għal self ta’ tliet kwarti ta’ miljun ewro li ta l-Avukat Carmel Chircop, li nqatel f’Birkirkara f’Ottubru tal-elfejn u ħmistax.

Dawn il-flus kienu ngħataw lil Ryan Schembri fl-elfejn u erbatax għal din il-katina ta’ supermarkets.

Flimkien mal-aħwa Tal-Maksar tressaq ukoll Jamie Vella ta’ sebgħa u tletin sena, li ġie arrestat fl-istess jum mal-aħwa Agius.

Vella u l-aħwa ġew arrestati f’operazzjoni li saret it-Tlieta waranofsinhar ġewwa l-Baħrija u s-Swieqi.

Dawn ġew arrestati fl-istess jum, meta Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu beda jiskonta ħmistax-il sena ħabs wara li biddel il-verżjoni tiegħu u wieġeb li hu kien involut fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

F’April tal-elfejn u erbatax, Muscat ħelisha minn xifer il-mewt meta safa’ fil-mira ta’ attentat fuq ħajtu, meta ħareġ mid-dar tiegħu fl-Imsida u huwa kien irnexxielu jsuq lejn l-għassa tal-Imsida.

Il-Koħħu huwa implikat ukoll fis-serqa mill-kwartieri ġenerali tal-HSBC f’Ġunju tal-elfejn u għaxra, fejn tressaq il-Qorti b’sittax-il akkuża, bil-każ għadu pendenti.

L-Erbgħa filgħaxija tressaq il-Qorti wkoll, George Degiorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż, liflimkien ma’ ħuħ Alfred Degiorgio l-Fulu u Vince Muscat kienu tressqu l-Qorti b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

George flimkien ma’ ħuh Alfred huma l-allegat eżekuturi fil-qtil ta’ Carauna Galizia.

Ritratt Jamie Vella: MaltaToday

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend