Notifiki

Skema ta’ €75,000 se tgħin l-assoċjazzjonijiet sportivi f’Għawdex

L-Assoċjazzjonijiet Sportivi f’Għawdex se jkunu jistgħu jixtru tagħmir sportiv kif ukoll itellgħu iżjed attivitajiet sportivi permezz ta’ skema sportiva ta’ ħamsa u sebgħin elf ewro.

Kull assoċjazzjoni sportiva Għawdxija tista’ tgawdi sa massimu ta’ ħamest elef ewro.

Sabiex jkunu evalwati l-applikazzjonijiet kollha, se jinħatar bord li se jagħżel liema assoċjazzjonijiet u proġetti se jkunu jistgħu jgawdu minn din l-iskema.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri saħaq li skemi bħal dawn juru kemm il-Gvern jemmen fil-qasam sportiv.

Saħaq li l-proġetti li qed isiru f’Għawdex se jtejbu l-kwalità tal-ħajja kif ukoll  jkomplu jssaħħu l-qasam sportiv permezz ta’ iżjed opportunitajiet u spazji fejn l-atleti jistgħu jiżviluppaw it-talent tagħhom.

Il-Ministru Camilleri qal, “Fejn jidħlu mbagħad proġetti sportivi kif għaddejjin propju bħalissa kemm fil-kostruzzjoni tal-ewwel ċentru akwatiku sportiv ġewwa Għawdex kif ukoll b’investimenti li qegħdin isiru kemm fix-shooting range taż-Żebbuġ kif ukoll imbagħad fil-korsa taż-żwiemel li qegħda tattira diversi atleti u diversi kompetizzjonijiet minn ġimgħa għall-oħra.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend