Notifiki

Fil-11pm tal-lejla se jitressqu l-Qorti erba’ persuni b’rabta ma’ żewġ omiċidji

Fil-ħin li ġej il-Pulizija ser tkun qed tressaq erba’ persuni l-Qorti b’rabta ma’ żewġ delitti separati. Dan fir-rigward tal-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia u tal-Avukat Carmel Chircop.

F’konferenza indirizzata mill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà ġie spjegat kif ilbieraħ il-pulizija wettqet operazzjoni li fihom arrestat tliet persuni li dwarhom ġiet fornuta b’mandat t’arrest u tfittxija.

L-arresti saru għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar.

Tnejn minn dawk arrestati qed ikunu investigati b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

L-arrestati saru għal erbgħa hekk kif tul il-jum ġie interrogat persuna oħra li diġà jinsab il-ħabs.

Dan b’rabta mal-qtil tal-Avukat Carmel Chircop.

Fil-fatt illejla ser jitressqu erba’ persuni.

Il-Kummissarju tal-Pulizija qal li lbieraħ instabet sustanza eroina u kokaina u ġew elevati 25 mobile, żewġ laptops, ħamsin elf ewro fi flus kontanti, numru ta’ apparat elettroniku u armi tan-nar.

Instabet ukoll magna li tgħodd il-flus fost l-oħrajn.

Il-Maġistrat inkwirenti innominat il-Europol sabiex tkun tista’ teżamina l-apparat elettroniku.

Illum saret ukoll tfittxija taħt il-baħar għall-arma li ntużat fil-qtil tal-Avukat Chircop.

Minħabba li persuna mill-arrestati huwa pożittiv għall-Covid-19 ittieħdu l-prekawzjonijiet kollha u llejla l-preżentata fil-Qorti ser issir bil-permess tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika f’awla mdaqqsa fejn tkun tista’ tinżamm id-distanza.

Il-Kummissarju tal-Pulizija qal lill-ġurnalisti li sal-lum il-pulizija m’għandha l-ebda evidenza li torbot xi politiku mal-qtil ta’ Caruana Galizia jew każ ieħor.

Spjega kif dwar id-delitt ta’ Daphne Caruana Galizia ser jitressqu persuni mixlija b’kompliċità.

Dan filwaqt li b’rabta mad-delitt tal-Avukat ser jitressqu persuni mixlija li huma mandanti u kompliċi.

Il-Kummissarju tal-Pulzija Angelo Gafà spjega wkoll li f’dan l-istadju, il-pulizija temmen li għandha l-persuni kollha f’idejha li huma l-eżekuturi jew il-mandant fil-qtil ta’ Caruana Galizia.

Dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia qal li l-Pulizija jkollha laqgħat ta’ kull ġimgħa mal-Europol f’dik li sejħilha bħala taskforce.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend