Notifiki

Vince Muscat jammetti l-akkużi dwar il-qtil ta’ DCG

Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu għadu kif ammetta l-akkużi miġjuba kontrih b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Meta llum kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni fil-każ ta’ dawk akkużati bl-eżekuzzjoni tal-qtil ta’ Caruana Galizia, il-Koħħu ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.

Vince Muscat mistenni anki jixhed kontra ż-żewġ akkużati l-oħra bil-qtil, l-aħwa George Degiorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż u Alfred Degiorgio magħruf bħala l-Fulu.

Il-ġimgħa l-oħra, Vince Muscat waqqa’ l-appell biex jikkontesta deċiżjoni tal-Qorti kriminali li rrifjutat mija u tmintax-il eċċezzjoni li ppreżenta l-akkużat.

Dik id-deċiżjoni mhux mistennija ssuġġerixxiet li Muscat mhuwiex lest jikkontesta l-każ tal-prosekuzzjoni fil-konfront tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend