BIL-FILMAT: Vince Muscat ikkundannat 15-il sena ħabs għall-qtil ta’ DCG wara li ammetta – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Vince Muscat ikkundannat 15-il sena ħabs għall-qtil ta’ DCG wara li ammetta

Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu ġie kkundannat ħmistax-il sena ħabs għall-involviment tiegħu fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Muscat illum ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u fl-għoti tas-sentenza, l-Imħallef Edwina Grima tat is-sentenza wara qbil bejn id-difiża tal-Koħħu u l-prosekuzzjoni.

Il-Koħħu ġie ordnat ukoll iħallas kważi tlieta u erbgħin elf ewro, li huma terz tal-ispejjeż tal-Qorti.

Fl-istess ħin li l-Koħħu qam fl-awla biex jammetti l-akkużi miġjuba kontrih, il-pulizija wettqet operazzjoni t’arrest ta’ tliet persuni li huma suspettati li fornew il-bomba li biha nqatlet Daphne Caruana Galizia.

Il-persuni arrestati huma l-aħwa Adrian u Robert Agius, magħrufa bħala tal-Maksar, u Jamie Vella.

Il-Koħħu jingħata l-proklama fil-każ tal-qtil tal-Avukat Carmel Chircop

Arrestati tlett irġiel suspettati li ssupplixxew il-bomba li qatlet lil DCG

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend