Notifiki

Tiger Woods operat b’urġenza wara li nqaleb bil-karozza

Il-leġġenda tal-Golf Tiger Woods jinsab rikoverat l-isptar u qed jiġi operat b’urġenza wara li kien involut f’inċident bil-karozza f’Los Angeles, California.

Ikkonfermaw dan l-awtoritajiet Amerikani hekk kif spjegaw li l-vettura ta’ Woods inqalbet kemm il-darba b’Woods ġo fiha waqt li kienet qed tinstaq lejn Hawthorne Boulevard.

Huwa ttieħed fl-isptar ta’ Harbor UCLA Medical Center.

Fil-fatt, l-aġent ta’ Woods ħabbar li l-atleta amerikan sofra diversi ġrieħi f’siequ u ħafna qed jibżgħu li dan l-aħħar żvilupp jista’ jimmarka it-tmiem ta’ karriera fenomenali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend