Notifiki

Se jerġa’ jgħaddi ġuri fuq każ b’rabta ma’ frodi wara żball fl-għoti tas-sentenza

Aaron Charles Zahra li kien ikkundannat għal ħames snin ħabs fuq akkużi ta’ frodi, se jerġa’ jgħaddi ġuri wara li s-sentenza ġiet annullata fi stadju ta’ appell.

Zahra kien ġie akkużat li ffroda ħamest elef ewro lil tliet kumpaniji tal-assigurazzjoni fl-2010.

Quddiem il-Qorti Kriminali tal-Appell ippreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera intqal kif l-akkuża ta’ frodi qatt ma ġiet ikkonfermata taħt ġurament mill-Prosekuzzjoni.

L-Imħallef rat kif Zahra instab ħati fuq offiża li lanqas biss ġie akkużat fuqha fl-ewwel Qorti u li s-sentenza kellha xi nuqqasijiet importanti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend