Sewwieq ta’ mutur ta’ 33 sena li jgħix San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll u waqa’.
Il-każ ġara lbieraħ għall-ħabta tat-tmienja u għoxrin ta’ filgħaxija fi Triq il-Wied fl-Iklin.
Fuq il-post marru l-pulizija flimkien ma’ tim mediku, li ta l-ewwel għajnuna lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.