Mhux ħati li xaħħam biex jakkwista l-liċenzja tas-sewqan

Joseph Attard ta’ tnejn u erbgħin sena ma nstabx ħati talli bejn l-elfejn u sitta u l-elfejn u tmienja xaħħam uffiċjal sabiex jakkwista liċenzja tas-sewqan mingħajr ma jitla’ għat-test. F’dan il-każ ġie akkużat ukoll Francis Catania bħala kompliċi, iżda lanqas dan ma nstabx ħati.

Il-Qorti sabet li ma kien hemm ebda evidenza li Attard kiseb il-liċenzja tas-sewqan b’mod illegali minn Catania.

Fil-Qorti, Catania ammetta li kien jaf lil Attard, iżda stqarr li huwa biss ipproċessa t-tiġdid tal-liċenzja t’Attard u biddel l-indirizz tad-dar. Huwa mifhum li l-imputat ħallas għat-tiġdid lil Transport Malta u mhux lil Catania.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend