Notifiki

Is-sena l-oħra l-impatt tal-pandemija fuq il-finanzi tal-pajjiż kien ta’ €900 miljun

Fis-seduta parlamentari tat-Tlieta filgħaxija l-Ministru għall-Finanzi u Xogħol Clyde Caruana spjega kif is-sena l-oħra il-pandemija ħalliet impatt ta’ disa mitt miljun ewro fuq l-finanzi tal-pajjiż.

Il-Ministru spjega li din hija stima inizjali hekk kif il-fond konsolidat ikun għadu qed jingħalaq.

Ta’ min isemmi li l-infiq tal-Gvern għas-sena l-oħra kien ikkaraterizzat minn miżura wara l-oħra biex jgħin lill-familji u negozji Maltin u Għawdxin.

Fost dawn kien hemm l-iskema ta’ ħlas tal-pagi magħrufa bħala l-Covid Wage Supplement u l-vouchers tal-mitt ewro.

Qal li l-ewwel stimi juri li d-defiċit għas-sena l-oħra mistenni jkun ta’ aktar minn disgħa punt erbgħa fil-mija.
B’ton ta’ determinazzjoni, il-Ministru qal li l-Gvern se jiżgura li mhux se jarmi s-suċċessi li nkisbu qabel fl-amministrar tal-finanzi tal-pajjiż.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend