Notifiki

Il-Pulizija tikkonferma l-arrest ta’ tliet persuni b’rabta mal-qtil ta’ DCG u Chircop

Il-Pulizija fi stqarrija kkonfermat l-arrest ta’ tliet persuni b’rabta mal-omiċidji ta’ Daphne Caruana Galizia li nqatlet fl-2017 u tal-Avukat Carmel Chircop li nqatel fl-2015 f’Birkirkara.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet kif irċeviet informazzjoni importanti li tikkorrabora evidenza li tinsab diġà fil-pussess tagħha.

Spjegat kif għaldaqstant, illum, għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar il-Pulizija tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri u tal-Iskwadra tal-Omiċidji, assistiti mill-Ispecial Intervention Unit, esegwew mandati ta’ arrest fil-konfront ta’ tliet persuni. Dawn l-arresti twettqu f’żewġ operazzjonijiet konġunti fil-Baħrija fejn ġew arrestati żewġt irġiel u fis-Swieqi fejn ġiet arrestata t-tielet persuna.

It-tliet persuni qed jgħinu fl-investigazzjonijiet b’rabta mal-qtil tal-avukat Carmel Chircop, filwaqt li tnejn minn dawn it-tliet persuni qed jgħinu wkoll fl-istħarriġ marbut mal-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend