Notifiki

Fiequ 191 persuna mill-Covid-19 u feġġew 221 każ

Fl-aħħar sigħat, fiequ 191 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 221 każ minn fost 3,274 test.

Dan ifisser li 93.2% ġew negattivi filwaqt li 6.8% tat-testijiet li saru ġew pożittivi.

Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 680,433 test.

Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 66,334 doża. Minnhom, 21,160 persuna, ħadu t-tieni doża.

Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, anzjan ta’ 84 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend