Notifiki

BIL-FILMAT: Operazzjoni tal-pulizija fil-Baħrija b’rabta mal-aħħar żviluppi dwar il-qtil ta’ DCG

Il-pulizija għaddejjin b’operazzjoni fil-Baħrija.

Nifhmu li qed isiru tfittxijiet f’żewġt idjar u l-operazzjoni għaddejja b’rabta mal-arresti li saru aktar kmieni llum ta’ tlett irġiel suspettati li fornew il-bomba li ntużat fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Rapporti qed jgħidu li dawk arrestati huma l-aħwa Adrian u Robert Agius, magħrufa bħala tal-Maksar, u Jamie Vella.

Fil-limiti ta’ Triq Is-Sajf ta’ San Martin fil-Baħrija hemm preżenza qawwija ta’ pulizija armati u lebsin il-balaklavi.

Hawnhekk rapporti qed jgħidu li ġew arrestati żewġ persuni filwaqt li saru anki arresti f’Ħaż-Żebbuġ, fejn hemm il-fabbrika tal-Maksar.

Arrestati tlett irġiel suspettati li ssupplixxew il-bomba li qatlet lil DCG

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend