“Fil-mument tal-prova, dawn l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna qed juru illi huma effettivi, huma sodi u qed juru li qegħdin hemmhekk sabiex f’pajjiżna titwettaq ġustizzja.”
Dan intqal mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri fil-Parlament b’reazzjoni għall-aħħar żviluppi li seħħew illum b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-Ministru Byron Camilleri qal kif pajjiżna qed juri li għandu istituzzjonijiet li qed jaħdmu u qed jagħtu r-riżultati.
Il-Ministru Camilleri saħaq kif bħala Gvern qed jara kif il-pulizija jkollhom ir-riżorsi kollha meħtieġa sabiex jagħmlu xogħolhom.