Notifiki

Arrestata l-mara tal-El Chapo

Il-mara tal-baruni tad-droga Joaquin Guzman, magħruf bħala El Chapo, ġiet arrestata fuq traffikar ta’ droga fl-Istati Uniti.

Emma Coronel Aispuro, li għandha wieħed u tletin sena, ġiet arrestata fl-ajruport ta’ Dulles f’Washington.

Hija qed tiġi akkużata li pparteċipat f’konspirazzjoni biex tiddistribwixxi l-kokaina, l-eroina, il-marijuana u l-metanfetamina.

Żewġha qed iservi sentenza ta’ għomor il-ħabs fi New York fuq traffikar tad-droga u ħasil ta’ flus.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend