Notifiki

500,000 mewt minħabba l-Covid fl-Istati Uniti

Il-President Amerikan Joe Biden indirizza lin-nazzjon hekk kif in-numru ta’ persuni li mietu fl-Istati Uniti minħabba l-COVID-19, qabeż in-nofs miljun, li huwa l-ogħla numru fost il-pajjiżi kollha fid-dinja.

Joe Biden qal li l-pajjiż ma jistax jaċċetta destin daqstant krudili, f’appell imqanqal biex kulħadd jagħti sehmu ħalli l-Amerka tiġġieled il-virus.

Il-President u l-Viċi-President osservaw mument ta’ silenzju barra l-White House f’ċerimonja simbolika fejn inxtegħlu x-xemgħat.

Aktar minn tmienja u għoxrin miljun Amerikan ġew infettati bil-Coronavirus f’dak li huwa rekord globali ieħor.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend