Notifiki

Jinqatel l-Ambaxxatur Taljan għall-Kongo

L-Ambaxxatur Taljan għall-Kongo Luca Attanasio miet kawża ta’ ġrieħi serji li ġarrab f’attakk fuq il-vettura tiegħu. Jidher li l-vettura kienet tal-Programm Dinji għall-Ikel tal-Ġnus Magħquda.

Jidher ukoll li uffiċjal tal-Pulizija u persuna oħra li kienu qed jivvjaġġaw ma’ Attanasio, mietu wkoll.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Taljan ikkonferma dan kollu, u qal li se jagħmel ħiltu biex il-Gvern Taljan isir jaf x’ġara waqt l-attakk.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend