Notifiki

Ifaħħru l-powerstation tal-BWSC li kienet taħdem bil-HFO

Wara li l-Ħamis qal li għandu pjan iżda ma kienx jaf jgħid kemm se jiswa, Bernard Grech issa qal li qed jippjana.

Bernard Grech stqarr: “Aħna qegħdin nippjanaw.”

Bernard Grech għadu ma weġibx lill-ġurnalisti, anki ta’ midja indipendenti meta kien mistoqsi dwar costings dwar pjan għall-enerġija li qal li għadu jrid jiġi diskuss u jsiru l-kalkoli.

Bernard Grech qal, “Indaħħlu jdejna fil-but, nagħmlu l-kalkoli neċessarji.”

Ġurnalist ta’ midja: “Jekk dawn il-proposti ġewx costed u ovvjament qed jissemmew numru ta’ ideat pero hemm ukoll investimenti kbar li jiġu magħhom, jekk sarx eżerċizzju ta’ costing, il-Gvern x’se jkun qed jonfoq biex jinvesti f’dan jew jekk hux investiment bi sħab mal-privat.”

Il-Ġurnalist ta’ ONE News staqsieh: “Ma nistax ma nkomplix mal-ewwel mistoqsija tal-kollega tiegħi, kemm ser jiġi jiswa dan il-pjan? Jiġifieri inti hekk, din il-viżjoni kollha fl-ajru. Nistgħu forsi wkoll nibdew mill-ewwel żewġ miżuri li diġà ħabbart, kemm ser jiġu jiswew, taf? Għax anke qisu tidher perpless hekk anke xħin staqsiek.”

Grech wieġeb: Le lanqas xejn ma nidher perpless Colin.”

Il-Ġurnalist ta’ ONE News reġa’ staqsa lil Bernard Grech: “Sur Kap tal-Oppożizzjoni din il-viżjoni ma tafx kemm tiswa jiġifieri?”

Grech sostna: “Iva hija ċara diġà li aħna ser inkunu qegħdin inħallu fil-bwiet tan-nies għoxrin fil-mija.”

Il-Ġurnalist ta’ dan l-istazzjon kompla jistaqsi: “Kemm jiswew? Kemm jiswew?”

Bernard Grech tenna: “Dan ifisser li dawn in-nies, diġà kkalkolajna u huma jafu.”

Quddiem l-għeluq tal-powerstation ta’ Marsa u dik tal-BWSC ta’ Delimara li kienet taħdem bil-heavy fuel oil u minflok qed tiġi ġenerata b’sors ferm iżjed nadif Bernard Grech attakka l-Gvern.

Bernard Grech qal, “Ilhom issa seba’ snin, kważi tmien snin fil-Gvern u għadhom f’dan il-qasam ma jagħmlu xejn u m’għamlu xejn.”

Filwaqt li l-familji u n-negozji ilhom issa jgawdu minn kontijiet tad-dawl irħas, mal-Kap Nazzjonalista kompla id-deputat Ryan Callus, li spiċċa jfaħħar il-powerstation tal-BWSC li kienet taħdem bl-aktar żejt li jniġġes.

Callus stqarr: “Imbagħad il-BWSC, il-pjan tal-Partit Nazzjonalista li tant kien tajjeb.”

U filwaqt li lil bosta, Ryan Callus fakkarhom fit-trab iswed u l-mard respiratorju, Bernard Grech riedna wkoll niftakru fl-istorja tal-Partit Nazzjonalista fil-qasam tal-enerġija.

Bernard Grech saħaq: “Ħarsu lejn l-istorja tagħna.”

Bernard Grech u Ryan Callus faħħru l-użu tal-heavy fuel oil ftit wara li f’laqgħa tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi ntqal kif fi żmien Lawrence Gonzi kien qed jinħaraq mitt miljun ewro f’heavy fuel oil fis-sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Veru tal misthija Dawn tal pn.Infakarhom li ftit granet wara tkaxkira ta 2013 xministru nazzjonalista kien qal Li ghamilna zball li ma qlibniex ghall GAS.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend